L-Istudji Soċjali għall-Primarja minn Settembru 2014

Featured

Avviżi bl-aħħar informazzjoni (l-iktar riċenti ssibuhom in-naħa ta’ fuq)

  • 10.10.2014 – FIELDWORK IEĦOR GĦAT-TIELET SENA FIR-RISERVA TAL-GĦADIRA: Minħabba d-domanda qawwija li kien hemm fl-aħħar jiem għall-fieldwork fis-Simar, bil-kortesija ta’ Birdlife Malta qed tingħata l-opportunità biex il-fieldwork tat-tieni semester fit-3 Sena jkun jista’ jsir fir-riserva tal-Għadira. L-istess regolamenti u ħinijiet tas-Simar jgħoddu wkoll għall-Għadira. Il-bookings jistgħu jsiru fuq l-istess numru tat-telefon 21347646.
  • 08.10.2014 – FIELDWORK GĦAT-TIELET SENA FIS-SIMAR: Ħarġet iċ-ċirkolari DCM 171 fejn il-klassijiet tat-Tielet Sena qegħdin jiġu mistiedna jissodisfaw l-obbligi kurrikulari tagħhom għat-tieni semester billi jagħmlu taħriġ fir-riserva naturali tas-Simar (student Maltin) jew Wied il-Lunzjata (student Għawdxin). Niżżel iċ-ċirkolari <><><>
  • 06.10.2014 – IL-FIELDWORK NOTES jibdew jitqassmu fl-iskejjel: Matul din il-ġimgħa beda t-tqassim tal-fieldwork notes fl-iskejjel statali. It-tqassim kollu huwa mistenni li jiġi fi tmiemu sal-15 t’Ottubru.
  • Għajnuniet lill-għalliema: Għal kwalunkwe diffikultà jew talba għal sapport fil-klassi/skola dwar l-implimentazzjoni ta’ dan is-sillabu, ibagħtu email fuq: tony.pace.2@ilearn.edu.mt.

De Valette jew La Valette?

de-valetteX’suppost niktbu, de Valete jew La Valette? Tajjeb wieħed ikun jaf dawn il-fatti:

  1. Il-Gran Mastru nnifsu kien jiffirma Jehan de Valete imma fl-ortografija moderna din inħobbu niktbuha Jean de Valette (ara d-dokument iktar ‘l isfel)
  2. Sorsi miktuba bl-idejn (manuskritti) u anke ipprintjati, iġibu ismu bħala De Valette jew Di Valletta;
  3. Fl-ebda sors primarju miktub fi żmienu ma nsibu La Valette jew La Valletta.
  4. Il- ‘la’ ġiet miżjuda meta kienet issir referenza għall-belt li beda jibni hu fl-1566, jiġifieri Valletta; bil-mod il mod, il-popolin beda jirreferi għall-Gran Mastru bħala La Valette; dan però ma ġarax qabel is-Sbatax-il-Seklu.
de-valette-signature-sDan id-dokument ġentilment mgħoddi lilna mis-Sa Maroma Camilleri, jurina firma awtentika tal-Gran Mastru. Il-firma taqra: Jehan de Valete. Għalhekk, l-isem tiegħu, illum għandna dejjem niktbuh:  JEAN DE VALETTE. (riċerka ta’ Ms Joanne Spiteri)
(Informazzjoni  u dokument mibgħuta lilna mis-Sa Maroma Camilleri, Senior Assistant Librarian, Librerija Nazzjonali ta’ Malta – April 2014)

SSAR – feedback by Year 5 teachers

These are the final results of the evaluation about SSAR (Social Studies Assessment Reorganization). The research was carried out among all Year 5 teachers teaching in state primary schools. A total of 66 teachers participated in the evaluation. For comments posted by Year 5 teachers and SMTs re SSAR, visit Fronter VLE, EOs subject rooms, Social Studies Primary.

 
1. SSAR is helping me attain Social Studies Learning Outcomes more efficiently.
qt-1
2. The reduction of seven Learning Outcomes has resulted in less stress during Social Studies lessons.
qt-2
3. Previous to SSAR the Year 5 syllabus was very loaded; now it is not.
qt-2
4. Since the fieldwork exercise has been allocated 20% of the global half-yearly mark, teachers and students are giving more importance to educational outings.
Qt-3
5. I did not find any difficulty to mark the fieldwork exercise.
qt-5
6. The fieldwork directives/notes distributed by the department were a great help to us teachers.
 qt-6

7. My students are enjoying the research they are doing in connection with the project.

qt-7
8. The idea of the project being assessed out of a maximum of 20 marks was a good one.
qt-8
9. My students did not encounter any difficulty to choose a project title.
qt-9
10. SSAR is boosting Social Studies teaching.
qt-10