Għaliex din il-Websajt?

  1. SKOP TAL-WEBSAJT: din il-websajt hija maħsuba biex tikkoordina, tiffaċilita u tissapportja t-tagħlim tal-Istudji Soċjali fil-klassijiet kollha tal-Primarja. Hija ntiża biex tgħin ħalli l-Istudji Soċjali jingħata dimensjoni ġdida u moderna.
  2. KIF ORIĠINAT L-IDEA: Waqt iż-żjarat fl-iskejjel u diskussjonijiet mal-għalliema, u wara laqgħat mal‑Kapijiet ta’ Dipartiment is-Sinjura Antoinette Attard u s-Sur John Vella, identifikajna xi problemi li l-għalliema jiltaqgħu magħhom fl-Istudji Soċjali. L-ikbar problema dehrilna li kienet dik tal-“interpretazzjoni tas-sillabu”. Huwa fatt li mitt għalliem jiżviluppaw sillabu b’100 mod differenti. Billi mir-Raba’ Sena ’l fuq ikun hemm l-eżami ssettjat mill-EAU (Educational Assessment Unit), l-għalliema kienu qed iħossuhom diżappuntati b’xi mistoqsijiet li joħorġu fl-eżami. Għalhekk iddeċidejna li nagħmlu xi ħaġa biex nippruvaw neliminaw tensjonijiet żejda marbuta mal-eżami annwali fl-Istudji Soċjali.
  3. IT-TAQSIMIET PRINĊIPALI TAL-WEBSAJT: dawn huma (a) Kun Af  (b) Taħriġ (ċ) Riżorsi oħra. Hawn taħt issibu xi ħaġa ħafifa dwar kull sezzjoni.
  4. Is-sezzjoni KUN AF: għal din is-sezzjoni nħadmu noti bażiċi li kull student għandu jaħkem mill-aħjar li jista’. L-eżamijiet kemm ta’ nofs is-sena (maħduma mill-kulleġġ) kif ukoll dawk annawali (issettjati mill-Educational Assessment Unit) għandhom jiġu bbażati fuq in-noti bażiċi tas‑sezzjoni Kun Af. Nistgħu liberament ngħidu li l-assessjar annwali maħdum mill-EAU fir-Raba’ u l-Ħames Sena minn Ġunju 2009 lil hawn kienu dejjem ibbażat fuq is-sezzjonijiet tal‑Kun Af.
  5. Is-sezzjoni TAĦRIĠ: fis-sezzjoni tat-TAĦRIĠ wieħed isib eżerċizzji tipiċi li bihom wieħed jista’ jassessja kemm l-istudent ikun ħakem xi mira ta’ tagħlim partikolari. Dan it-taħriġ iservi kemm bħala konsolidament tal-lezzjonijiet kif ukoll bħala reviżjoni għall-assessjar summattiv.
  6. RIŻORSI OĦRA: il-websajt m’hijiex maħsuba bħala preparazzjoni għall-eżamijiet biss. Altru minn hekk! Biex l-Istudji Soċjali jingħata iktar ħajja, kontinwament qegħdin jitpoġġew għad‑dispożizzjoni tal-edukaturi iktar riżorsi. Fost dawn ir-riżorsi hemm numru konsiderevoli ta’ preżentazzjonijiet u videos edukattivi. Dawn huma maħsuba biex l-għalliem ikun jista’ jippreżenta l-lezzjonijiet tiegħu b’mod iktar interessanti. Nixtiequ nagħmluha ċara li mhux il-kontenut kollu li nsibu fir-riżorsi huwa eżaminabbli. L-eżamijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sezzjoni KUN AF. Minbarra riżorsi fl-Istudji Soċjali hemm ukoll riżorsi utli oħra bħal: taqbiliet bil-Malti (Nursery Rhymes), Studji Soċjali – Malti (integrazzjoni tal-grammatika Maltija ma’ temi tal-Istudji Soċjali), dokumenti utli għall-għalliema (ara: http://primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/primary.htm), l-ortografija fil-Malti (ara: http://primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/malti.htm).

Tony Pace (Uffiċjal Edukattiv Primarja)

19 thoughts on “Għaliex din il-Websajt?

  1. Pingback: lig tv

  2. Pingback: mark curry partners

  3. Pingback: architectural photographer philippines

  4. Pingback: business directory Bangladesh

  5. Pingback: instalacao rede informatica

  6. Pingback: Oracle CEO

  7. Pingback: link

  8. Pingback: office536

  9. Pingback: social media marketing

  10. Pingback: hampton bay ceiling fan blades

  11. Pingback: Electricians

  12. Pingback: Skrota bilen Göteborg

  13. Pingback: http://Localdentalservices.info

  14. Pingback: hire an injury lawyer

  15. Pingback: joker slot

  16. Pingback: Best way to gain instagram followers

  17. Pingback: why not try these out

  18. Pingback: enquiry

  19. Pingback: ICQ Chat Rooms

Leave a Reply