FAQ

FAQ – mistoqsijiet li spiss nistaqsu dwar l-Istudji Soċjali

  1. Fiex jikkonsisti dan is-suġġett?  Dan is-suġġett jinkorpora fih iċ-Ċivika, il-Ġeografija u l-Istorija.
  2. Kemm għandhom isiru lezzjonijiet fl-Istudji Soċjali? Fl-Ewwel u fit-Tieni Sena tal-Primarja isiru żewġ lezzjonijiet ta’ 45 minuta kull waħda fil-ġimgħa; Fit-Tielet, fir-Raba’, fil-Ħames u fis-Sitt Sena isiru tliet lezzjonijiet ta’ madwar 45 minuta kull waħda kull ġimgħa.
  3. Fejn nistgħu nsibu riżorsi utli għat-tagħlim ta’ dan is-suġġett? Websajt ta’ interess ġenerali f’dan il-qasam hija: http://primarysocialstudies.skola.edu.mt.
  4. Meta nirrispondu mistoqsija, hemm bżonn niktbu sentenza sħiħa? Le. Jekk jistaqsuk “Min rebaħ l-Assedju l-Kbir?” tista’ tirrispondi biss: “Il-Kavallieri u l-Maltin”.
  5. Liema hu s-sillabu uffiċjali tal-Istudji Soċjali? Tistgħu ssibu s-sillabu uffiċjali f’din il-websajt stess.
  6. Hemm kotba uffiċjali tal-Istudji Soċjali? Le, l-għalliema huma mħeġġa biex jgħinu lill-istudenti jakkwistaw il-ħiliet imsemmija fis-sillabi billi jiżviluppaw riżorsi ibbażati fuq is-suġġerimenti mogħtija f’din il-websajt.
  7. Għandu jingħata homework fl-Istudji Soċjali? Dan huwa fid-diskrezzjoni tal-għalliem flimkien mad-direzzjoni tal-iskola.
  8. X’inhu l-valur tal-proġetti għal dan is-suġġett? Il-proġetti, speċjalment dawk li jirrikjedu li l-istudenti jirriċerkaw, jistaqsu u jinvestigaw għandhom valur kbir.
  9. X’importanza għandha tingħata lil ħruġ edukattiv u/jew fieldwork? Il-ħruġ edukattiv għandu jifforma parti integrali mill-iżvilupp ta’ dan is-suġġett.
  10. Il-ġenituri kif jistgħu jgħinu f’dan il-qasam?  Il-ġenituri jistgħu jgħinu ħafna f’dan is-suġġett. Il-ġenituri jistgħu, pereżempju, fil-ħin liberu illi l-familja tqatta’ flimkien, jieħdu lit-tfal tagħhom f’postijiet ta’ nteress marbuta mas-sillabu uffiċjali.
  11. Kif jiġi assessjat l-Istudji Soċjali? Hemm żewġ kwalitajiet prinċipali ta’ assessjar: summattiv u formattiv. L-assessjar summattiv uffiċjali isir fir-Raba’, fil-Ħames u fis-Sitt Sena tal-Primarja, kemm f’dak li hu eżami ta’ nofs is-sena, kif ukoll fl-eżami annwali.
  12. Kif jitkompla t-tagħlim tal-Istudji Soċjali fis-Sekondarja? Fis-sekondarja, l-Istudji Soċjali, il-Ġografija u l-Istorja isiru tliet suġġetti separati. Fl-aħħar tal-Form 5, l-istudenti jistgħu jagħmlu l-eżami tal-Istudji Ambjentali (Environmental Studies) li jinkludi fih għażla ta’ temi minn dawn it-tliet suġġetti.

Għal iktar informazzjoni ibgħat email fuq: tony.pace.2@ilearn.edu.mt.

Leave a Reply