Assedju l-Kbir 1565         TAĦRIĠ:

A: Għala taħseb li:
  1. It-Torok kienu l-ikbar għedewwa ta' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann?
  2. It-Torok attakkaw lil Sant Jiermu l-ewwel?
  3. Il-mewt ta' Dragut fixklet mhux ftit lit-Torok?
  4. It-Torok kienu mgħaġġla ħafna biex jirbħu l-Assedju f'qasir żmien?
B: Kronoloġija: Ikteb in-numri wara xulxin biex turi kif ġraw dawn il-ġrajjiet wara xulxin:

(a)

Meta ġriet l-aħbar li kienet waslet għajnuna kbira lil Malta taħt Don Garcia de Toledo, it-Torok telqu lura lejn pajjiżhom.  
(b) L-ewwel attakk sar fuq il-forti Sant Jiermu.  
(c) Minkejja l-attakki ħorox tat-Torok huma ma setgħux jirbħu lill-Birgu u l-Isla.  
(d) Fl-1565 it-Torok attakkaw lil Malta.  
(e) Wara xi żmien wasal Malta l-furban famuż Dragut li beda jgħin mhux ftit f'dan l-attakk.  
(f) Din ir-rebħa fissret ħafna għalMalta għax b'hekk hija dehret bħala t-tarka tal-Kristjaneżmu  
(g) Il-flotta Torka waslet f'Mejju u ħafna mill-bastimenti ankraw fil-port ta' Marsamxett.  
(h) It-Torok irnexxielhom jirbħu lil Sant Jiermu fit-23 ta' Ġunju, iżda Dragut tilef ħajtu.  

 

C: Immaġina….. u ikteb:  (eżercizzju fl-empatija)

  1. Immaġina li inti kont Malti tgħix il-Birgu fi żmien l-Assedju. Ikteb ftit sentenzi biex bihom turi x'ħassejt wara l-waqgħa ta' Sant Jiermu f'idejn it-Torok.

  2. Immaġina li inti suldat Tork sejjer lura lejn id-dar fuq xini wara t-telfa fl-Assedju l-Kbir ta' Malta. Irrakkonta fil-qasir l-esperjenza tiegħek matul din il-ġlieda.

  3. Meta waslet il-flotta Torka f'Malta, La Valette kellem lill-Kavallieri u lill-Maltin. Ikteb tliet sentenzi biex turi liema kienu l-aktar affarijiet importanti li qalilhom.

        copyright: George Calleja