L-Aħħar Avviżi bl-Aħħar INFORMAZZJONI

Featured

(l-iktar riċenti ssibuhom in-naħa ta’ fuq)

  • Għas-6 Sena: FIELDWORK: ŻJARA SAL-PARK ARKEOLOĠIKU TA’ ĦAĠAR QIM U L-IMNAJDRA – fieldwork li jista’ jsir mill-istudenti tas-Sitt Sena biex bih jissodisfaw l-obbligi tagħhom għat-tieni semester. Il-marka ta’ dan il-fieldwork (minn massimu ta’ 20 marka) hija parti mill-assessjar annwali. Dan il-fieldwork sar b’kollaborazzjoni mal-aġenzija HERITAGE MALTA. Nirringrazzjaw lil Ms Jennifer Bugeja u lis-Sur Joseph Bonniċi għall-għajnuna tagħhom biex seta’ sar u biex jiġi evalwat dan id-document. Niżżel il-fieldwork notes minn hawn <><><>
  • Għas-6 Sena: FIELDWORK: ŻJARA FIT-TEMPJI TAL-ĠGANTIJA – fieldwork li jista’ jsir mill-istudenti tas-Sitt Sena biex bih jissodisfaw l-obbligi tagħhom għat-tieni semester. Il-marka ta’ dan il-fieldwork (minn massimu ta’ 20 marka) hija parti mill-assessjar annwali. Dan il-fieldwork sar b’kollaborazzjoni mal-aġenzija HERITAGE MALTA. Nirringrazzjaw lil Ms Jennifer Bugeja u lis-Sur Joseph Vella għall-għajnuna tagħhom biex seta’ sar u biex jiġi evalwat dan id-document.  Niżżel il-fieldwork notes minn hawn <><><>
  • Għall-5 Sena: AĠĠORNAMENT – S5.2 MIT-TEMPJI PREISTORIĊI GĦALL-KATIDRALI – L-għalliema tal-5 sena li qegħdin jaħdmu fuq il-blokka S5.2 huma mitluba jinnutaw aġġornament li sar riċenti. Niżżel l-aġġornament <><><> (N.B. Il-websajt u l-worksheets ġew aġġornati).
  • Għall-5 Sena: MILL-GĦERIEN GĦALL-ISKYSCRAPERS – vidjow edukattiv għall-għalliema u l-istudenti tal-5 sena li qegħdin jaħdmu fuq il-blokka ta’ tagħlim S5.3. Ara l-vidjow <><><>
  • Għat-3 Sena: FIELDWORK MADWAR L-ISKOLA – adattat għal studenti bi bżonnijiet speċjali – niżżel il-fieldwork notes <><><>
  • Għall-5 Sena: MIT-TEMPJI GĦALL-KATIDRALI – vidjow edukattiv għall-għalliema u l-istudenti tal-5 sena li qegħdin jaħdmu fuq il-blokka ta’ tagħlim S5.2. Ara l-vidjow <><><>
  • Għall-klassijiet kollha: MAPPA TAL-GŻEJJER MALTIN: għandek mappa kbira tal-gżejjer Maltin fil-klassi? Jekk le ibgħat email fuq: tony.pace.2@ilearn.edu.mt  ħalli tagħmel arranġamenti biex takkwista l-mappa b’xejn għall-użu waqt il-lezzjonijiet tiegħek.
  • Għar-4 Sena: FIELDWORK IEĦOR GĦAR-RABA’ SENA: Għall-benefiċċju tal-istudenti Għawdxin tar-4 Sena li, bejn Frar u Ġunju jagħżlu li jaħdmu fuq it-tieni fieldwork, inħadem fieldwork alternattiv li faċilment isir fil-lokalità fejn jattendu skola l-istudenti stess. Il-fieldwork jismu: INTERVISTI MA’ NIES LI JAĦDMU FIL-LOKALITÀ TAGĦNA. Niżżel il-fielwork notes minn hawn <><><>  
  • Għall-klassijiet kollha: Bidla fil-ħin tal-eżami tal-kitba fl-Istudji Soċjali: il-ħin tal-eżami tal-kitba fl-Istudji Soċjali kemm fil-karta ta’ Nofs is-Sena kif ukoll fl-Annwal se jkunu ta’ siegħa u mhux ta’ siegħa u kwart - ara ċikolari DCM 180 <><><> 
  • Għall-klassijiet kollha: Għajnuniet lill-għalliema: Għal kwalunkwe diffikultà jew talba għal sapport fil-klassi/skola dwar l-implimentazzjoni ta’ dan is-sillabu, ibagħtu email fuq: tony.pace.2@ilearn.edu.mt.