Inwasslu messaġġ permezz tal-mużika:
Araw il-lista kollha tat-taqbiliet Maltin <><><>
Category Archives: Proġetti
Lista ta’ proġetti fl-Istudji Soċjali għall-iskejjel Primarji
San Martin – Ġewż, Lewż, Qastan, Tin
Il-11 ta’ Novembru huwa Jum San Martin. Għallem lill-istudenti l-għanja tradizzjonali ĠEWŻ, LEWŻ, QASTAN, TIN, KEMM INĦOBBU ‘L SAN MARTIN.
It-taqbiliet bil-Malti li jinsabu fil-pubblikazzjoni TAQBIL U GĦANJIET issa ġew kollha rrekordjati. Wieħed jista’ jismagħhom fuq il-YouTube billi jidħol fil-link: http://primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/taqbiliet.htm.
Għal kull taqbila ssibu l-għanja kantata mill-Kor Kreattiv tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi, verżjoni bil-mużika biss u anke partitura bil-kordi għall-kitarra.
Il-Festa tal-Imnarja – video
Id-Deżert – video edukattiv
Studji Soċjali Malti
hija sensiela ġdida ta’ worksheets fejn l-istudenti tar-Raba’, tal-Ħames u tas-Sitt Sena Primarja jistgħu jagħmlu prattika fil-grammatika Maltija f’kuntest ta’ topiks meħuda mis-sillabi tal-Istudji Soċjali. Biex tidħol fil- paġna msemmija ikklikkja fuq il-logo, inkella uża l-ħolqa li ġejja:
Nursery Rhymes immużikati
TAQBILIET (Nursery Rhymes bil-Malti) huwa proġett mibdi mill-Kindergarten Assistants tal-iskola Primarja tal-Furjana (Kulleġġ San Ġorġ Preca) taħt il-gwida tal-Kap tal-Iskola s-Sur Miceli. Fl-ewwel fażi tal-proġett inħareġ ktieb b’ġabra ta’ taqbiliet (nursery rhymes) bil-Malti għall-użu tal-kindergarten u l-klassijiet tas-snin bikrin.
Bosta minn dawn in-Nursery Rhymes bħalissa qegħdin jiġu immużikati u irrekordjati fuq MP3s minn Tony Pace Uffiċjal Edukattiv.
Tista’ tisma’ n-Nursery Rhymes minn din il-blog stess inkella ikklikkja hawn: ikklikkja >>>>>>>>>>>>>
Riżorsi 5 Sena
Riżorsi għall-5 Sena:
sensiela ta’ riżorsi adattati għall-5 sena primarja fi tliet sezzjonijiet:
(a) sezzjoni KUN AF – issibu noti bażiċi li jkopru s-sillabu uffiċjali tal-5 Sena kollu;
(b) sezzjoni TAĦRIĠ – taħriġ marbut mas-sillabu tal-5 sena
(ċ) RIŻORSI / PREŻENTAZZJONIJIET – numru ta’ preżentazzjonijiet powerpoint li jikkumplimentaw il-lezzjonijiet tal-5 sena FITTEX >>>>>>>>
ĦAJR LIS-SUR ETIENNE VELLA, SKOLA PRIMARJA GĦAJNSIELEM GĦAWDEX li tana dawn ir-riżorsi biex ikunu jistgġu jintużaw mill-għalliema tal-5 Sena.
