Studji Soċjali u Grammatika tal-Malti

Sensiela STUDJI SOĊJALI – MALTI   

Din is-sensiela ta’ worksheets huma maħsuba biex jgħinu lill-għalliema u lill-istudenti jaraw dejjem iktar il-ħoloq li jeżistu bejn is-suġġetti differenti li jiġu mgħallma fl-iskejjel primarji. Idealment dan it-taħriġ għandu jinħadem mill-istudenti wara li jkunu saru l-lezzjonijiet fil-grammatika Maltija kif ukoll ikunu ġa ġew maħduma t-temi tal-Istudji Soċjali. GĦALHEKK DAWN GĦANDHOM ISERVU L-IKTAR BĦALA EŻERĊIZZJI TA’ KONSOLIDAMENT.

Raġuni oħra importanti li ħajritni naħdem fuq din-sensiela kien il-fatt li bosta drabi, fil-kitba dwar temi tal-Istudji Soċjali, ma tantx nagħtu kas tal-użu korrett tal-ortografija Maltija. L-iżbalji fil-grammatika m’għandhom qatt jiġu njorati mill-għalliema u l-edukaturi tagħna.

Kemm il-grammatika kif ukoll it-temi tal-Istudji Soċjali huma marbuta mas-sillabi uffiċjali maħruġa mid-Dipartiment tal-Kurrikulu maħruġ fis-sena 2006.

Tony Pace – Uffiċjal Edukattiv għall-iskejjel primarji.
Ħajr lis-Sa Marthese Mugliett (Primarja Bormla) għall-evalwazzjoni ta’ dawn il-worksheets.

Leave a Reply

Riżorsi għat-tagħlim tal-Istudji Soċjali fl-iskejjel primarji