De Valette jew La Valette?

de-valetteX’suppost niktbu, de Valete jew La Valette? Tajjeb wieħed ikun jaf dawn il-fatti:

  1. Il-Gran Mastru nnifsu kien jiffirma Jehan de Valete imma fl-ortografija moderna din inħobbu niktbuha Jean de Valette (ara d-dokument iktar ‘l isfel)
  2. Sorsi miktuba bl-idejn (manuskritti) u anke ipprintjati, iġibu ismu bħala De Valette jew Di Valletta;
  3. Fl-ebda sors primarju miktub fi żmienu ma nsibu La Valette jew La Valletta.
  4. Il- ‘la’ ġiet miżjuda meta kienet issir referenza għall-belt li beda jibni hu fl-1566, jiġifieri Valletta; bil-mod il mod, il-popolin beda jirreferi għall-Gran Mastru bħala La Valette; dan però ma ġarax qabel is-Sbatax-il-Seklu.
de-valette-signature-sDan id-dokument ġentilment mgħoddi lilna mis-Sa Maroma Camilleri, jurina firma awtentika tal-Gran Mastru. Il-firma taqra: Jehan de Valete. Għalhekk, l-isem tiegħu, illum għandna dejjem niktbuh:  JEAN DE VALETTE. (riċerka ta’ Ms Joanne Spiteri)
(Informazzjoni  u dokument mibgħuta lilna mis-Sa Maroma Camilleri, Senior Assistant Librarian, Librerija Nazzjonali ta’ Malta – April 2014)

SSAR – feedback by Year 5 teachers

These are the final results of the evaluation about SSAR (Social Studies Assessment Reorganization). The research was carried out among all Year 5 teachers teaching in state primary schools. A total of 66 teachers participated in the evaluation. For comments posted by Year 5 teachers and SMTs re SSAR, visit Fronter VLE, EOs subject rooms, Social Studies Primary.

 
1. SSAR is helping me attain Social Studies Learning Outcomes more efficiently.
qt-1
2. The reduction of seven Learning Outcomes has resulted in less stress during Social Studies lessons.
qt-2
3. Previous to SSAR the Year 5 syllabus was very loaded; now it is not.
qt-2
4. Since the fieldwork exercise has been allocated 20% of the global half-yearly mark, teachers and students are giving more importance to educational outings.
Qt-3
5. I did not find any difficulty to mark the fieldwork exercise.
qt-5
6. The fieldwork directives/notes distributed by the department were a great help to us teachers.
 qt-6

7. My students are enjoying the research they are doing in connection with the project.

qt-7
8. The idea of the project being assessed out of a maximum of 20 marks was a good one.
qt-8
9. My students did not encounter any difficulty to choose a project title.
qt-9
10. SSAR is boosting Social Studies teaching.
qt-10

 

Ħuti t-Tewmin Jibdew Imorru l-Iskola

twinsJiena jisimni Fredu u għandi disa’ snin. Se ngħidilkom l-istorja ta’ kif ħuti ż-żgħar, Peter u Tony, li huma tewmin, minn dis-sena, bdew jiġi l-iskola wkoll.

Peter u Tony kienu draw id-dar m’ommi. Ngħiduha kif inhi, id-dar m’ommi ma kien jonqoshom xejn għax ommi dejjem tiġri bihom. Daqqa teħodhom jixtru magħha, drabi oħra teħodhom siegħa sal-bandli u drabi oħra teħodhom għand in-nanna. Lin-Nanna Katarin, ħuti t-tewmin Peter u Tony jħobbuha ħafna.

Minn dis-sena, ħuti  waslu biex jibdew imorru l-iskola. Ma tantx ħadu gost u għalxejn ippruvajna ngħidulhom li issa qegħdin jikbru u għalhekk għandhom bżonn jitgħallmu. Mill-iskola donnhom bdew jibżgħu.

Allura jiena ppruvajt ngħallimhom it-taqbila OMMI XTRATLI KAROZZA, biex meta jħossuhom qed jibżgħu mill-iskola, ikunu jistgħu jkantawha. Hawn hija t-taqbila.

Peter u Tony malajr tgħallmuha din it-taqbila. Bdew ikantawha kullimkien. L-iktar li ħadu gost imma meta bdew imorru għand in-Nanna Katarin, u din titlobhom mill-ewwel biex ikantawhielha. U erħilhom ikantaw!

In-Nanna Katarin imbagħad, għallmithom taqbila oħra li kienet tiftakar minn meta kienet għadha żgħira hi. It-taqbila kien jisimha LESTEJT IL-BASKET. Nisimgħuha.

Illum l-affarijiet id-dar tagħna inbidlu sew. Għax Peter u Tony, ħuti ż-żgħar it-tewmin, mhux talli m’għadhomx jiddejqu u jibżgħu mill-iskola, imma talli saru jiġġennu biex imorru għand Miss Rita.

Fuq ir-Razzett taz-Ziju Toni

FUQ IR-RAZZETT TAZ-ZIJU TONI – irrakkuntata permezz tat-taqbiliet immużikati

boy-on-farmBertu, tifel ta’ sitt snin, joqgħod il-Baħrija. Iz-ziju tiegħu Toni, għandu razzett ftit ‘il barra mill-Baħrija. Kull nhar ta’ Sibt, iz-Ziju Toni jistenna lil Bertu biex imur jgħinu fix-xogħol li jkollu fuq ir-razzett.

Fuq ir-razzett, iz-Ziju Toni għandu ħafna annimali. Nhar ta’ Sibt filgħodu, Bertu jgħin lil zijuh biex jagħlfu l-qżieqeż. Bertu tgħidx kemm jidħak met l-qżieqeż jibdew jagħmlu l-ħsejjes b’imneħirhom. Propjament Bertu jiggustahom qishom qegħdin jonħru.

Wara li jagħlfu l-qżieqeż huma jmorru jagħlfu t-tiġieġ u l-flieles. Fuq ir-razzett taz-Ziju Toni, it-tiġieġ u l-flieles tgħidx kemm għandhom fejn jiġru. X’ħin ipoġġulhom l-ikel fil-barmil ċatt, arahom ġejjin jiġru kollha biex jieklu. Bertu u z-Ziju Toni jieħdu l-opportunità, waqt li t-tiġieġ ikunu qegħdin jieklu, biex jiġbru l-bajd tagħhom.

Fuq ir-razzett taz-ziju, Bertu jitpaxxa jara bosta annimali oħra. Fost l-oħrajn, Bertu għamel ħbieb mal-qattus taz-Ziju Toni. Il-qattus jismu Buxu u Bertu tgħidx kemm jieħu gost jilgħab miegħu nhar ta’ Sibt.

Il-mara taz-Ziju Toni, Lina, tħobb ħafna l-mużika. Lil Bertu kitbitlu taqbila u kull nhar ta’ Sibt, Bertu, iz-Ziju Toni u z-Zija Lina, tgħidx kemm iħobbu jkantawha. Isimgħuha din it-taqbila.

Saħħa u Sigurtà fit-Triq – rakkont bit-taqbiliet

(aqra dan id-djalogu, imbagħad tgħallem it-taqbiliet)

IL-PAPÀ: Tlaqna Mario. Illum se nieħdok ħarġa sal-Buskett. Immorru ħa nilħqu l-karozza tal-linja tad-9.00am.
MARIO: Aħjar ngħaġġlu Pa, għax diġà d-8.45am. Ejja naqsmu għan-naħa l-oħra.
IL-PAPÀ: Stenna. Żomm. Jekk nimxu ftit lil hemm, insibu ż-Zebra Crossing u naqsmu aħjar u mingħajr periklu.
MARIO: Iva aħjar. L-għalliema xebgħet tgħidilna, li meta naqsmu t-triq, l-aħjar nużaw iż-Zebra Crossing. Ara jidhru minn hawn, strixxi bojod u suwed. Minn hemm suppost naqsmu.
IL-PAPÀ: Ejja nħaffu Mario. Kulur aħmar bħalissa. Taf x’ifisser l-aħmar Mario?
MARIOIva, Pa, aħmar ifisser li ma tistax taqsam.
IL-PAPÀ: U liema hu l-kulur li jfisser li nistgħu naqsmu?
MARIO: Aħdar Pa. L-għalliema għamlitilna lezzjoni sħiħa fuq is-sinjali tat-traffiku.
IL-PAPÀ: Wasalna Mario. (waqt li qegħdin jistennew, il-Papà jibda jkanta).

MARIO: Sabiħa Pa din it-taqbila. Jiena naf oħra taqbila dwar it-traffiku. Tgħallimtha s-sena l-oħra fil-klassi ta’ Ms Agnes.
IL-PAPÀ: Kantahieli Mario. (Mario jibda jkanta).

MARIOId-dawl qaleb Pa. Aħdar issa. Ejja naqsmu.
IL-PAPÀ: Għall-Buskett mela Mario. Tlaqna