Video edukattiv fis-sensiela STUDJI SOĊJALI, għajnuna għall-istudenti li qed jaħdmu fuq il-blokka ta’ tagħlim S 5.3.
Category Archives: Ġenerali
Topiks ta’ natura ġenerali
(għall-5 sena) Mit-Tempji Preistoriċi għall-Katidrali
Vidjow edukattiv mis-sensiela STUDJI SOĊJALI maħsub biex jgħin lill-għalliema u l-istudenti li qegħdin jaħdmu fuq il-blokka ta’ tagħlim S5.2.
Videos ġodda dwar il-Belt Valletta
Dawn il-videos huma maħsuba biex jiffaċilitaw il-fieldwork tas-Sitt Sena fil-Belt Valletta. IL-BELT VALLETTA – L-EWWEL PARTI:
IL-BELT VALLETTA – IT-TIENI PARTI:
Videos ġodda dwar Marsaxlokk
Dawn il-videos huma maħsuba biex jiffaċilitaw il-fieldwork tal-Ħames Sena dwar Marsaxlokk. MARSAXLOKK – L-EWWEL PARTI
MARSAXLOKK – IT-TIENI PARTI:
Jum il-Missier – 15 ta’ Ġunju
Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju huwa Jum il-Missier. Mill-pubblikazzjoni TAQBIL U GĦANJIET (Kulleġġ San Ġorġ Preca Skola Primarja Furjana), LIL MISSIERI, mużika ta’ Tony Pace, il-vuċi ta’ Kayley Cuschieri mill-Kor Kreattiv Ħal Safi.
Jum l-Omm – il-Ħadd 11 ta’ Mejju
Il-Ħadd 11 ta’ Mejju huwa Jum l-Omm. Mill-pubblikazzjoni TAQBIL U GĦANJIET (Kulleġġ San Ġorġ Preca Skola Primarja Furjana), LIL OMMI, mużika ta’ Tony Pace, il-vuċi ta’ Kayley Cuschieri mill-Kor Kreattiv Ħal Safi.
Il-Proġett fil-5 Sena – sample moderation
De Valette jew La Valette?
X’suppost niktbu, de Valete jew La Valette? Tajjeb wieħed ikun jaf dawn il-fatti:
- Il-Gran Mastru nnifsu kien jiffirma Jehan de Valete imma fl-ortografija moderna din inħobbu niktbuha Jean de Valette (ara d-dokument iktar ‘l isfel)
- Sorsi miktuba bl-idejn (manuskritti) u anke ipprintjati, iġibu ismu bħala De Valette jew Di Valletta;
- Fl-ebda sors primarju miktub fi żmienu ma nsibu La Valette jew La Valletta.
- Il- ‘la’ ġiet miżjuda meta kienet issir referenza għall-belt li beda jibni hu fl-1566, jiġifieri Valletta; bil-mod il mod, il-popolin beda jirreferi għall-Gran Mastru bħala La Valette; dan però ma ġarax qabel is-Sbatax-il-Seklu.

SSAR – feedback by Year 5 teachers
These are the final results of the evaluation about SSAR (Social Studies Assessment Reorganization). The research was carried out among all Year 5 teachers teaching in state primary schools. A total of 66 teachers participated in the evaluation. For comments posted by Year 5 teachers and SMTs re SSAR, visit Fronter VLE, EOs subject rooms, Social Studies Primary.
1. SSAR is helping me attain Social Studies Learning Outcomes more efficiently. | |
![]() |
|
2. The reduction of seven Learning Outcomes has resulted in less stress during Social Studies lessons. | |
![]() |
|
3. Previous to SSAR the Year 5 syllabus was very loaded; now it is not. | |
![]() |
|
4. Since the fieldwork exercise has been allocated 20% of the global half-yearly mark, teachers and students are giving more importance to educational outings. | |
![]() |
|
5. I did not find any difficulty to mark the fieldwork exercise. | |
![]() |
|
6. The fieldwork directives/notes distributed by the department were a great help to us teachers. | |
![]() |
7. My students are enjoying the research they are doing in connection with the project.
![]() |
|
8. The idea of the project being assessed out of a maximum of 20 marks was a good one. | |
![]() |
|
9. My students did not encounter any difficulty to choose a project title. | |
![]() |
|
10. SSAR is boosting Social Studies teaching. | |
![]() |
|
Ħuti t-Tewmin Jibdew Imorru l-Iskola
Jiena jisimni Fredu u għandi disa’ snin. Se ngħidilkom l-istorja ta’ kif ħuti ż-żgħar, Peter u Tony, li huma tewmin, minn dis-sena, bdew jiġi l-iskola wkoll.
Peter u Tony kienu draw id-dar m’ommi. Ngħiduha kif inhi, id-dar m’ommi ma kien jonqoshom xejn għax ommi dejjem tiġri bihom. Daqqa teħodhom jixtru magħha, drabi oħra teħodhom siegħa sal-bandli u drabi oħra teħodhom għand in-nanna. Lin-Nanna Katarin, ħuti t-tewmin Peter u Tony jħobbuha ħafna.
Minn dis-sena, ħuti waslu biex jibdew imorru l-iskola. Ma tantx ħadu gost u għalxejn ippruvajna ngħidulhom li issa qegħdin jikbru u għalhekk għandhom bżonn jitgħallmu. Mill-iskola donnhom bdew jibżgħu.
Allura jiena ppruvajt ngħallimhom it-taqbila OMMI XTRATLI KAROZZA, biex meta jħossuhom qed jibżgħu mill-iskola, ikunu jistgħu jkantawha. Hawn hija t-taqbila.
Peter u Tony malajr tgħallmuha din it-taqbila. Bdew ikantawha kullimkien. L-iktar li ħadu gost imma meta bdew imorru għand in-Nanna Katarin, u din titlobhom mill-ewwel biex ikantawhielha. U erħilhom ikantaw!
In-Nanna Katarin imbagħad, għallmithom taqbila oħra li kienet tiftakar minn meta kienet għadha żgħira hi. It-taqbila kien jisimha LESTEJT IL-BASKET. Nisimgħuha.
Illum l-affarijiet id-dar tagħna inbidlu sew. Għax Peter u Tony, ħuti ż-żgħar it-tewmin, mhux talli m’għadhomx jiddejqu u jibżgħu mill-iskola, imma talli saru jiġġennu biex imorru għand Miss Rita.