Spiss insibu diffikultà kif niktbu l-ismijiet ta’ bliet u rħula Maltin. X’niktbu, Ħal-Luqa (jew) Ħal Luqa? Ħaż-Żabbar (jew) Ħaż Żabbar? Marsaskala (jew) Marsascala? U l-kumplament. Dawn iż-żewġ dokumenti għandhom jgħinuk.
Ara preżentazzjoni powerpoint li tikkonsisti f’sensiela ta’ ritratti meħudi mill-ajru. Innota l-Port il-Kbir, il-Port ta’ Marsamxett u l-fortifikazzjonijiet li jdawru l-Belt Valletta. Ara preżentazzjoni >>>>>>>>
TAQBILIET (Nursery Rhymes bil-Malti) huwa proġett mibdi mill-Kindergarten Assistants tal-iskola Primarja tal-Furjana (Kulleġġ San Ġorġ Preca) taħt il-gwida tal-Kap tal-Iskola s-Sur Miceli. Fl-ewwel fażi tal-proġett inħareġ ktieb b’ġabra ta’ taqbiliet (nursery rhymes) bil-Malti għall-użu tal-kindergarten u l-klassijiet tas-snin bikrin.
Bosta minn dawn in-Nursery Rhymes bħalissa qegħdin jiġu immużikati u irrekordjati fuq MP3s minn Tony Pace Uffiċjal Edukattiv.
Tista’ tisma’ n-Nursery Rhymes minn din il-blog stess inkella ikklikkja hawn: ikklikkja >>>>>>>>>>>>>
ANNE FRANK – Storja li għadha attwali llum ukoll; 28 ta’ Jannar 2011 sal-25 ta’ Frar 2011
Żuru din il-wirja dwar il-ħajja ta’ Anne Frank, vittma tar-reġim Nażista fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-informazzjoni kollha tistgħu taqrawha kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Il-presepju li jidher fl-istampa huwa fil-fatt mekkaniku. Il-presepju nħadem minn Tony Pace u wieħed jinsab ġo residenza privata ġewwa Ħal Safi. Għal iktar informazzjoni ibgħat email fuq: pacetoni@gmail.com
KIF JAĦDEM IL-PRESEPJU? Il-mekkaniżmu kollu tal-presepju jitħaddem permezz ta’ mutur ta’ fan qadim; il-fan idawwar xaft prinċipali li permezz tiegħu iduru l-opri l-oħra kollha. (Ara t-tieni ritratt hawn isfel)
LIEMA OPRI WIEĦED ISIB F’DAN IL-PRESEPJU? Fil-presepju wieħed jista’ jara:
KIF NIBTET L-IDEA TAL-PRESEPJU? Tony Pace ħa din l-idea mingħand missieru Lonzu. Lonzu Pace, li kien shipwright imbagħad wara recorder fit-Tarzna ta’ Malta, kien jagħmel presepju simili. Il-presepju ta’ Lonzu Pace kien ikun għall-wiri fi Triq Santa Marija ġewwa l-Gudja.
Globigerina Limestone is referred just by the name of Franka even though there are subdivisions of the same layer including Tal-Bajjad, Tal-Kwiener etc. Only the Greensand layer which is a thin layer and sometimes completely absent is referred to in Maltese as Il-Ġebla s-Safra or Rina. So the sequence of rocks from top to bottom is as follows:
Upper Coralline Limestone – Qawwi Ta’ Fuq
Greensand – Il-Gebla s-Safra (or) Rina
Blue Clay – Tafli
Globigerina Limestone – Franka
Lower Coralline Limestone – Qawwi t’Isfel jew ta’ Taħt jew Żonqor.
At Primary level we prefer to refer to Greensand as Il-Ġebla s-Safra. The term Rina is introduced later on at the end of Form I.
Edward Gilson 3.12.2010
Riżorsi għat-tagħlim tal-Istudji Soċjali fl-iskejjel primarji