Il-presepju li jidher fl-istampa huwa fil-fatt mekkaniku. Il-presepju nħadem minn Tony Pace u wieħed jinsab ġo residenza privata ġewwa Ħal Safi. Għal iktar informazzjoni ibgħat email fuq: pacetoni@gmail.com
KIF JAĦDEM IL-PRESEPJU? Il-mekkaniżmu kollu tal-presepju jitħaddem permezz ta’ mutur ta’ fan qadim; il-fan idawwar xaft prinċipali li permezz tiegħu iduru l-opri l-oħra kollha. (Ara t-tieni ritratt hawn isfel)
LIEMA OPRI WIEĦED ISIB F’DAN IL-PRESEPJU? Fil-presepju wieħed jista’ jara:
KIF NIBTET L-IDEA TAL-PRESEPJU? Tony Pace ħa din l-idea mingħand missieru Lonzu. Lonzu Pace, li kien shipwright imbagħad wara recorder fit-Tarzna ta’ Malta, kien jagħmel presepju simili. Il-presepju ta’ Lonzu Pace kien ikun għall-wiri fi Triq Santa Marija ġewwa l-Gudja.
Globigerina Limestone is referred just by the name of Franka even though there are subdivisions of the same layer including Tal-Bajjad, Tal-Kwiener etc. Only the Greensand layer which is a thin layer and sometimes completely absent is referred to in Maltese as Il-Ġebla s-Safra or Rina. So the sequence of rocks from top to bottom is as follows:
Upper Coralline Limestone – Qawwi Ta’ Fuq
Greensand – Il-Gebla s-Safra (or) Rina
Blue Clay – Tafli
Globigerina Limestone – Franka
Lower Coralline Limestone – Qawwi t’Isfel jew ta’ Taħt jew Żonqor.
At Primary level we prefer to refer to Greensand as Il-Ġebla s-Safra. The term Rina is introduced later on at the end of Form I.
Riżorsi għall-5 Sena: sensiela ta’ riżorsi adattati għall-5 sena primarja fi tliet sezzjonijiet:
(a) sezzjoni KUN AF – issibu noti bażiċi li jkopru s-sillabu uffiċjali tal-5 Sena kollu;
(b) sezzjoni TAĦRIĠ – taħriġ marbut mas-sillabu tal-5 sena
(ċ) RIŻORSI / PREŻENTAZZJONIJIET – numru ta’ preżentazzjonijiet powerpoint li jikkumplimentaw il-lezzjonijiet tal-5 sena FITTEX >>>>>>>> ĦAJR LIS-SUR ETIENNE VELLA, SKOLA PRIMARJA GĦAJNSIELEM GĦAWDEX li tana dawn ir-riżorsi biex ikunu jistgġu jintużaw mill-għalliema tal-5 Sena.
STUDJI SOĊJALI GĦALL-ĦAMES SENA hija CD li fiha ‘l fuq minn għoxrin preżentazzjoni powerpoint maħduma mill-għalliema u mit-tfal tal-Ħames Sena Primarja ta’ diversi skejjel madwar Malta fi ħdan ħames kulleġġi.
Is-CD hija inizjattiva/proġett kurrikulari li nħadem bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning u l-Kulleġġ Maria Regina flimkien ma’ erba’ kulleġġi oħra (San Tumas More, Santa Klara, San Benedittu, San Nikola).
Biex takkwista kopja tas-CD ikkuntattja l-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Regina:
Iddawnlowdja worksheets tajbin biex jinħadmu waqt fieldwork adattat għar-Raba’ Sena Primarja; il-fieldwork huwa marbut mas-sillabu uffiċjali tal-Kurrikulu – iddawnlowdja >>>>>>>>>
L-għalliema u/jew il-ġenituri li jixtiequ iktar tagħrif flimkien mat-tweġibiet għall-fieldwork tar-4 sena jistgħu jibagħtu email lil: tony.a.pace@gov.mt
L-għalliema u/jew il-ġenituri li jixtiequ iktar tagħrif flimkien mat-tweġibiet għall-fieldwork tas-6 sena jistgħu jibagħtu email lil: tony.a.pace@gov.mt
Riżorsi għat-tagħlim tal-Istudji Soċjali fl-iskejjel primarji