All posts by Education Officer Primary

Education Officer Primary

Presepju Mekkaniku

Il-presepju li jidher fl-istampa huwa fil-fatt mekkaniku. Il-presepju nħadem minn Tony Pace u wieħed jinsab ġo residenza privata ġewwa Ħal Safi. Għal iktar informazzjoni ibgħat email fuq: pacetoni@gmail.com

KIF JAĦDEM IL-PRESEPJU? Il-mekkaniżmu kollu tal-presepju jitħaddem permezz ta’ mutur ta’ fan qadim; il-fan idawwar xaft prinċipali li permezz tiegħu iduru l-opri l-oħra kollha. (Ara t-tieni ritratt hawn isfel)

LIEMA OPRI WIEĦED ISIB F’DAN IL-PRESEPJU? Fil-presepju wieħed jista’ jara:

  • raġel itella’ l-ilma min bir
  • mitħna ddur
  • benniena tiċċaqlaq
  • barrin jaħartu
  • raġel jagħżaq
  • anġlu tiela’ u nieżel fuq il-grotta

Ara clip qasira tal-presepju fuq il- You Tube: >>>>>>>>>>>>

KIF NIBTET L-IDEA TAL-PRESEPJU? Tony Pace ħa din l-idea mingħand missieru Lonzu. Lonzu Pace, li kien shipwright imbagħad wara recorder fit-Tarzna ta’ Malta, kien jagħmel presepju simili. Il-presepju ta’ Lonzu Pace kien ikun għall-wiri fi Triq Santa Marija ġewwa l-Gudja.

Ġebla Safra (or) Rina?

Globigerina Limestone is referred just by the name of Franka even though there are subdivisions of the same layer including Tal-Bajjad, Tal-Kwiener etc. Only the Greensand layer which is a thin layer and sometimes completely absent is referred to in Maltese as Il-Ġebla s-Safra or Rina. So the sequence of rocks from top to bottom is as follows:

  1. Upper Coralline Limestone – Qawwi Ta’ Fuq
  2. Greensand – Il-Gebla s-Safra (or) Rina
  3. Blue Clay – Tafli
  4. Globigerina Limestone – Franka
  5. Lower Coralline Limestone – Qawwi t’Isfel jew ta’ Taħt jew Żonqor.

At Primary level we prefer to refer to Greensand as Il-Ġebla s-Safra. The term Rina is introduced later on at the end of Form I.

Edward Gilson 3.12.2010

Riżorsi 5 Sena

Riżorsi għall-5  Sena:
sensiela ta’ riżorsi adattati għall-5 sena primarja fi tliet sezzjonijiet:
(a) sezzjoni KUN AF – issibu noti bażiċi li jkopru s-sillabu uffiċjali tal-5 Sena kollu;
(b) sezzjoni TAĦRIĠ – taħriġ marbut mas-sillabu tal-5 sena
(ċ) RIŻORSI / PREŻENTAZZJONIJIET – numru ta’ preżentazzjonijiet powerpoint li jikkumplimentaw il-lezzjonijiet tal-5 sena    FITTEX >>>>>>>>
ĦAJR LIS-SUR ETIENNE VELLA, SKOLA PRIMARJA GĦAJNSIELEM GĦAWDEX li tana dawn ir-riżorsi biex ikunu jistgġu jintużaw mill-għalliema tal-5 Sena.

CD 5 Sena Primarja

STUDJI SOĊJALI GĦALL-ĦAMES SENA hija CD li fiha ‘l fuq minn għoxrin preżentazzjoni powerpoint maħduma mill-għalliema u mit-tfal tal-Ħames Sena Primarja ta’ diversi skejjel madwar Malta fi ħdan ħames kulleġġi.

Is-CD hija inizjattiva/proġett kurrikulari li nħadem bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning u l-Kulleġġ Maria Regina flimkien ma’ erba’ kulleġġi oħra (San Tumas More, Santa Klara, San Benedittu, San Nikola).

Biex takkwista kopja tas-CD ikkuntattja l-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Regina:

ara rapport fis-Sunday Times of Malta 29.5.2010 – aqra >>>>>>

Ir-4 sena:Valletta

Iddawnlowdja worksheets tajbin biex jinħadmu waqt fieldwork adattat għar-Raba’ Sena Primarja; il-fieldwork huwa marbut mas-sillabu uffiċjali tal-Kurrikulu – iddawnlowdja >>>>>>>>>

Ara dokumentarju marbut ma’ dan il-fieldwork
L-EWWEL PARTI –   YouTube>>>>>   |    Vimeo>>>>>
IT-TIENI PARTI –   YouTube>>>>>    |    Vimeo>>>>>

L-għalliema u/jew il-ġenituri li jixtiequ iktar tagħrif flimkien mat-tweġibiet għall-fieldwork tar-4 sena jistgħu jibagħtu email lil: tony.a.pace@gov.mt

Is-6 sena:Valletta

Ħarġa edukattiva (fieldwork) fil-Belt Valleta; iddawnlowdja noti biex jinħadmu waqt il-ħarġa – iddawnlowdja >>>>>>>

Ara dokumentarju dwar il-Belt Valletta bi preparazzjoni għall-fieldwork.
L-Ewwel Parti (YouTube) >>>>>>   |    L-Ewwel Parti (Vimeo) >>>>>
It-Tieni Parti (YouTube)>>>>>>      |    It-Tieni Parti (Vimeo)>>>>>>

L-għalliema u/jew il-ġenituri li jixtiequ iktar tagħrif flimkien mat-tweġibiet għall-fieldwork tas-6 sena jistgħu jibagħtu email lil: tony.a.pace@gov.mt