{"id":2992,"date":"2015-02-02T06:28:02","date_gmt":"2015-02-02T05:28:02","guid":{"rendered":"http:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/?page_id=2992"},"modified":"2016-01-28T11:34:59","modified_gmt":"2016-01-28T10:34:59","slug":"l-isfond-storiku","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/?page_id=2992","title":{"rendered":"L-Isfond Storiku"},"content":{"rendered":"<p>L-ISTUDJI SO\u010aJALI FIL-PRIMARJA<\/p>\n<p><strong>L-Isfond Storiku<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Illum (2013) meta nsemmu l-Istudji So\u010bjali fil-Primarja, inkunu qeg\u0127din nitkellmu dwar l-Istorja, il\u2011\u0120ografija u \u010b-\u010aivika. Imma, mhux minn dejjem kien hekk. Dawn it\u2011tliet dixxiplini n\u0121abru ta\u0127t kappa wa\u0127da g\u0127al skop ta\u2019 assessjar meta l-Istudji So\u010bjali beda ji\u0121i e\u017caminat g\u0127ad-d\u0127ul fil-<em>Junior Lyceums<\/em>.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-tag\u0127lim ta\u010b-\u010aivika g\u0127andu tradizzjoni twila. Di\u0121\u00e0 nsibu kif matul il-\u0126akma Fran\u010bi\u017ca f\u2019Malta bejn l\u20111798-1800, aspetti ta\u2019 edukazzjoni \u010bivika dda\u0127\u0127lu fis\u2011sistema edukattiva organizzata minn Napuljun. Skont Patri Dijonisju Mintoff l\u2011edukazzjoni \u010bivika \u0127adet iktar importanza wara l-1930 u anke wara t\u2011Tieni Gwerra. Matul is-sittinijiet bdew isiru lezzjonijiet formali fi\u010b-\u010aivika fil-Primarja u \u0121ie ppreparat sillabu \u0127afif.\u00a0 F\u2019\u010berti okka\u017cjonijiet kienu jsiru kommemorazzjonijiet ta\u2019 natura \u010bivika, b\u0127al meta tfakkar l-assassinju tal-President Amerikan John F Kennedy u meta bdiet ting\u0127ata importanza lill-\u0127ajja tal\u2011Papa Gwanni XXIII.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-1967 il-Gvern Malti g\u0127amel kuntatti ma\u2019 Plater College tal-Universit\u00e0 ta\u2019 Londra u, fost l-o\u0127rajn, l\u2011g\u0127alliema Maltin bdew jing\u0127ataw ta\u0127ri\u0121 biex jg\u0127allmu \u010b-\u010aivika u l\u2011Ekonomija. \u00a0Nazju Abela u Anthony Mifsud kienu fost l-ewwel g\u0127alliema ta\u010b-\u010aivika.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qabel l-1980 Patri Mintoff kien \u0121a \u0127are\u0121 b\u2019ideat kif i\u010b-\u010aivika tista\u2019 tisvol\u0121i fi Studji So\u010bjali. Il-bidliet il\u2011kbar saru fis-snin tmenin. Meta twaqqfu l-<em>Junior Lyceums<\/em>, g\u0127all\u2011ewwel l-istudenti kienu ji\u0121u e\u017caminati fl\u2011Ingli\u017c, fil-Malti u fil-Matematika. Qabel l-1970 kienu jsiru e\u017camijiet fl-Ingli\u017c u fil-Matematika biss. Wara l-1987, g\u0127ad-d\u0127ul fil-Junior Lyceums bdew isiru e\u017camijiet fl-Ingli\u017c, fil-Malti, fil\u2011Matematika, fl-Istudji So\u010bjali u fir-Reli\u0121jon. Hawnhekk l-Istudji So\u010bjali beda jikkonsisti f\u2019dawn l\u2011aspetti li \u0121ejjin:<\/p>\n<table>\n<tbody>\n<tr>\n<td style=\"text-align: justify;\">(a) L-<strong>Istorja<\/strong>\u00a0\u2013 xi e\u017cempji kienu t-Tempji Megaliti\u010bi, l-Ipo\u0121ew, ir-Rumani, San Pawl, l-Assedju l-Kbir, il\u2011Bini tal-Belt Valletta u t-Tieni Gwerra Dinjija;<\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p>(b) Il-<strong>\u0120ografija<\/strong>\u00a0\u2013 pajji\u017ci madwar il-Ba\u0127ar Mediterran,\u00a0 il-paesa\u0121\u0121 Malti, il-biedja, is\u2011sajd;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">(c) i\u010b-<strong>\u010aivika<\/strong>\u00a0\u2013 tag\u0127lim dwar il-ferg\u0127at tal-Gvern b\u0127all-Esekuttiv, il-\u0120ustizza u l\u2011Parlament, benefatturi Maltin b\u0127al Dun \u0120or\u0121 Preca u Mons Mikiel Azzopardi;<\/p>\n<p>(d) l-<strong>Istorja Naturali<\/strong>\u00a0\u2013 i\u017c-\u017crin\u0121, il-\u0127ut, il-pitirross u n-na\u0127la.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127all-ewwel darba n\u0127adem\u00a0<em>textbook<\/em>\u00a0uffi\u010bjali bl-isem ta\u2019 STUDJI SO\u010aJALI \u2013 GWIDA G\u0126ALL-G\u0126ALLIEMA TAS-SITT SENA (1987). Dan il-ktieb \u0121ie ri\u010berkat minn numru ta\u2019 Uffi\u010bjali Edukattivi u editjat minn Charles Galea Scanura.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Interessanti l-fatt kif l-erba\u2019 komponenti differenti \u0121ew amalgamati fi ktieb wie\u0127ed. Bi\u017c-\u017cmien, l\u2011Istorja Naturali nqatg\u0127et mill-Istudji So\u010bjali u dda\u0127\u0127let fix-Xjenza. Hawnhekk ukoll bdew jin\u0127admu tliet kotba differenti g\u0127all-Ambjent Storiku, l\u2011Ambjent \u0120ografiku u l-Ambjent Uman. Nistg\u0127u ng\u0127idu li mill-1987 lil hawn id\u2011Dipartiment tal-Edukazzjoni dejjem ipprovda\u00a0<em>textbooks\u00a0<\/em>uffi\u010bjali g\u0127all-Istudji So\u010bjali. Kull meta s-sillabi \u0121ew riveduti, il-<em>workbooks\u00a0<\/em>inbidlu wkoll.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-1996 in\u0127ar\u0121u sillabu \u0121odda g\u0127ar-Raba&#8217;, il-\u0126ames\u00a0\u00a0u s-Sitt\u00a0Sena. Fis-sena 2000 saru sillabi \u0121odda fl-Istudji So\u010bjali mill\u2011Ewwel Sena sas-Sitt Sena Primarja. Kotba uffi\u010bjali saru g\u0127as-6 sena biss. Saret revi\u017cjoni fis-sena 2006. L-a\u0127\u0127ar revi\u017cjoni tas\u2011sillabi saret fl-2014.<\/p>\n<p>Fis-sena 2011 da\u0127let fis-se\u0127\u0127 ir-riforma tal-<em>Benchmark<\/em>. Permezz ta&#8217; din ir-riforma, fl-a\u0127\u0127ar tal-Primarja bdew isiru e\u017camijiet fl-Ingli\u017c, fil-Malti u fil-Matematika. L\u2011istudenti bdew ji\u0121u &#8216;ssettjati&#8217; fil-Form 1 tas-Sekondarja fuq il-marka ta&#8217; dawn it\u2011tliet su\u0121\u0121etti. Fl-Istudji So\u010bjali baqa&#8217; jsir l-e\u017cami annwali ta&#8217; \u0120unju<\/p>\n<p><em>(Josephine Vassallo,<\/em><em> <em>Philip Said,<\/em> <em>Paul Bezzina,<\/em> <em>George Said Zammit,<\/em> <em>Tony Pace,<\/em><\/em> 2011)<\/p>\n<p><strong>A\u0120\u0120ORNAMENT &#8211; Awwissu 2014<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F&#8217;April 2014 beda l-pro\u010bess biex is-sillabi kollha tal-Istudji So\u010bjali ji\u0121u a\u0121\u0121ornati fuq dawn il-linji:<\/p>\n<ol>\n<li style=\"text-align: justify;\">Jitnaqqas il-kontenut<\/li>\n<li style=\"text-align: justify;\">ting\u0127ata iktar importanza lill-\u0127iliet mag\u0127rufa b\u0127ala &#8216;higher order&#8217;.<\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\">Saret rijorganizzazzjoni tas-sillabi, liema rijorganizzazzjoni da\u0127let\u00a0fis-se\u0127\u0127 minn Settembru 2014. Ing\u0127atat importanza lil fieldwork u pro\u0121ett illi beda jkollhom 20% tal-marka globali. L-e\u017camijiet bil-kitba beda jkollhom 80% tal-marki.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tony Pace Awwissu 2014<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-ISTUDJI SO\u010aJALI FIL-PRIMARJA L-Isfond Storiku Illum (2013) meta nsemmu l-Istudji So\u010bjali fil-Primarja, inkunu qeg\u0127din nitkellmu dwar l-Istorja, il\u2011\u0120ografija u \u010b-\u010aivika. Imma, mhux minn dejjem kien hekk. Dawn it\u2011tliet dixxiplini n\u0121abru ta\u0127t kappa wa\u0127da g\u0127al skop ta\u2019 assessjar meta l-Istudji So\u010bjali beda ji\u0121i e\u017caminat g\u0127ad-d\u0127ul fil-Junior Lyceums. It-tag\u0127lim ta\u010b-\u010aivika g\u0127andu tradizzjoni twila. Di\u0121\u00e0 nsibu kif matul &hellip; <a href=\"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/?page_id=2992\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">L-Isfond Storiku<\/span> <span class=\"meta-nav\">&rarr;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":562,"menu_order":1,"comment_status":"open","ping_status":"open","template":"","meta":{"footnotes":""},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/2992"}],"collection":[{"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=2992"}],"version-history":[{"count":6,"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/2992\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2998,"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/2992\/revisions\/2998"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/562"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/primarysocialstudies.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=2992"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}