| Ninni la
tibkix iżjed għanja tradizzjonali Maltija tal-Milied versi: Indri Schembri; arranġament: Tony Pace |
![]() |
| Rit: Ninni la
tibkix iżjed, Ninni Ġesù Bambin, Ħallih għalina l-biki, għax aħna l-midinbin. |
|
| Ejjew ejjew ja anġli,
mis-sema mija mija, Ħdejn Alla li ħalaqkom, Bambin ġewwa l-fisqija. Rit .... |
|
| Ejjew taraw
b'għajnejkom, Lil Alla Kbir tal-ħniena, Bambin sabiħ u ħelu, ininni ġol-benniena. Rit .... |