NINU NINU tal-Milied
Versi originali ta Dr Marisa Abela -
Banda Queen Victoria Zurrieq taħt id-direzzjoni ta' Mro Alfred Farrugia
Kor Sine Macula Safi dirett minn Mro Tony Pace
 

RIT:   Ninu Ninu tal-Milied, Ommi għamlet il-qagħqiet,
          Il-qagħqiet tal-qastanija, Santu Rokku tat-tiġrija.

 

(1) U Diċembru reġa magħna, ix-xahar kiesaħ tal-Milied,
      Fejn nibagħtu l-kartolini, nagħmlu l-ħelu l-kejkijiet.   
RIT: Ninu Ninu..

 
(2)  Ġo kull dar fit-tieqa nsibu, siġra twila bħafna dwal,
      Qniepen bżieżaq magħha ndendlu, taħtha npoġġu xi rigal. RIT: Ninu Ninu
 
(3) Ilkoll nagħmlu il-presepju, il-Bambin fuq ftit tibniet,
     San Ġużepp u il-Madonna, xi ftit rgħajja fuq l-għoljiet.      
RIT: Ninu Ninu..
 
(4)  O tarbija mill-maxtura, fuqna żomm idejk ċkejknin,
      Tħallix illi lilek noffendu, billi nagħmlu il-ħażin.                  RIT: Ninu Ninu....
 

(5)  Glorja lilek O Alla tagħna, Li twelidt fdal-lejl ta bard,
      Risq u hena ġid u paċi, ibqa xerred fuq din l-art.              RIT: Ninu Ninu..
...