Bertu, tifel ta'
sitt snin, joqgħod il-Baħrija. Iz-ziju tiegħu Toni, għandu razzett ftit
'il barra mill-Baħrija. Kull nhar ta' Sibt, iz-Ziju Toni jistenna lil
Bertu biex imur jgħinu fix-xogħol li jkollu fuq ir-razzett.
Fuq ir-razzett, iz-Ziju Toni għandu
ħafna annimali. Nhar ta' Sibt filgħodu, Bertu jgħin lil zijuh biex
jagħlfu l-qżieqeż. Bertu tgħidx kemm jidħak met l-qżieqeż jibdew jagħmlu
l-ħsejjes b'imneħirhom. Propjament Bertu jiggustahom qishom qegħdin
jonħru.
Wara li jagħlfu l-qżieqeż
huma jmorru jagħlfu t-tiġieġ u l-flieles. Fuq ir-razzett taz-Ziju Toni,
it-tiġieġ u l-flieles tgħidx kemm għandhom fejn jiġru. X'ħin ipoġġulhom
l-ikel fil-barmil ċatt, arahom ġejjin jiġru kollha biex jieklu. Bertu u
z-Ziju Toni jieħdu l-opportunitą, waqt li t-tiġieġ ikunu qegħdin jieklu,
biex jiġbru l-bajd tagħhom.
Fuq ir-razzett taz-ziju, Bertu
jitpaxxa jara bosta annimali oħra. Fost l-oħrajn, Bertu għamel ħbieb
mal-qattus taz-Ziju Toni. Il-qattus jismu Buxu u Bertu tgħidx kemm jieħu
gost jilgħab miegħu nhar ta' Sibt.
Il-mara taz-Ziju Toni, Lina, tħobb
ħafna l-mużika. Lil Bertu kitbitlu taqbila u kull nhar ta' Sibt, Bertu,
iz-Ziju Toni u z-Zija Lina, tgħidx kemm iħobbu jkantawha. Isimgħuha din
it-taqbila. |