L-Istorja ta’ Salvinu
irrakkuntata permezz ta’ taqbiliet (nursery rhymes)
Narratur: Jisimni SALVINU, għandi 9 snin, noqgħod Ħal Millieri u nattendi l-iskola primarja tar-raħal tiegħi. Jiena nħobb kuljum qabel norqod, inżomm djarju; fid-djarju nniżżel dak li nkun għaddejt minnu matul il‑jum. Illum se naqralkom biċċa mid-djarju li ktibt nhar l-Erbgħa li għaddew.

Biex jgħinuni ngħidilkom l-istorja tiegħi iktar interessanti, għandi l-għajnuna tat-taqbiliet. Permezz ta’ taqbiliet, jew aħjar nursery rhymes, se nirrakkuntalkom l-istorja miegħi.

Nhar l-Erbgħa, l-iskola, l-għalliema qaltilna biex naħsbu ftit x’nistiequ nsiru meta nikbru. Jiena mill‑ewwel għedtilha li, għadni ma nafx..... pilota, avukat, tabib, skrivan.... insomma, għadni ma nafx!

 

 

Taqbila 1: KEMM NIXTIEQ INSIR PILOTA  <><><><><>

Narratur: Nhar l-Erbgħa wara nofsinhar,  għamlet ħafna xita. Ix-xita għamlet bil-qliel, u stajna nisimgħuha tfaqqa’ mal-art tal-bitħa tal-iskola.

 

 

Taqbila 2: IX-XITA <><><><><>

Narratur: Sakemm wasalna biex nispiċċaw l-iskola, ix-xita kienet waqfet. Allura ħriġna mill-iskola bla ġenn. Wara l-iskola, bħal dejjem, biex nasal id-dar, irrid naqsam Triq iż-Żurrieq, Triq it-Tellerit u nimxi fi Triq il-Kuċċard. Minn hawnhekk jgħaddi ħafna traffiku. Isimgħu kif jirnexxili noqgħod attent meta nimxi fit-triq.

 

 

Taqbila 3: IT-TRAFFIKU <><><><><>

Narratur: Lura d-dar, il-Mamà dejjem tlestili platt sħun. Jiena tgħallimt li fl-ikel ma nkunx fitt. Naf li l-Mamà tagħtini niekol ikel sustanzjuż. Mhux dejjem ikolli aptit il-brodu u l-imqarrun, imma... tgħallimt li mhux sew ingerger fuq l-ikel, meta hawn tant nies fid-dinja li kuljum, m’għandhomx ikel biżżejjed biex għallinqas ma jorqdux bil-ġuħ!

 

 

Taqbila 4: SALVINU <><><><><>

Narratur: Bħala homework, nhar l-Erbgħa l-għalliema tatna taħriġ fil-Matematika u fl-Ingliż. Wara li lestejt il‑homework tal-Metematika, iddeċidejt li noħroġ ftit għall-arja fil-ġnien. Hemmhekk qgħadt nosserva ftit il-bebbux li wara x-xita li kienet għamlet wara nofsinhar, kellu xalata!

 

 

Taqbila 5: IL-BEBBUXU JĦOBB JIXXARRAB <><><><><>

 

Narratur: Ma domtx wisq fil-ġnien, għax l-arja kienet friska u ħassejt il-bard. Dħalt ġewwa, lestejt il-homework tal-Ingliż, u dritt għall-kamra tal-logħob li għandna d-dar. Qattajt l-isbaħ nofs siegħa  nilgħab m’oħti Lina.

 

 

Taqbila 6: GĦANDI KAXXA ĠUGARELLI <><><><><>

Narratur: Dik kienet biċċa mid-djarju tiegħi ta’ nhar l-Erbgħa. Titħajru tibdew iżżommu djarju bħali? F'idejkom. Insellmillkom.