(aqra dan id-djalogu, imbagħad tgħallem it-taqbiliet)
IL-PAPÀ: Tlaqna Mario. Illum se nieħdok ħarġa sal-Buskett. Immorru ħa nilħqu l-karozza tal-linja tad-9.00am.
MARIO: Aħjar ngħaġġlu Pa, għax diġà d-8.45am. Ejja naqsmu għan-naħa l-oħra.
IL-PAPÀ: Stenna. Żomm. Jekk nimxu ftit lil hemm, insibu ż-Zebra Crossing u naqsmu aħjar u mingħajr periklu.
MARIO: Iva aħjar. L-għalliema xebgħet tgħidilna, li meta naqsmu t-triq, l-aħjar nużaw iż-Zebra Crossing. Ara jidhru minn hawn, strixxi bojod u suwed. Minn hemm suppost naqsmu.
IL-PAPÀ: Ejja nħaffu Mario. Kulur aħmar bħalissa. Taf x’ifisser l-aħmar Mario?
MARIO: Iva, Pa, aħmar ifisser li ma tistax taqsam.
IL-PAPÀ: U liema hu l-kulur li jfisser li nistgħu naqsmu?
MARIO: Aħdar Pa. L-għalliema għamlitilna lezzjoni sħiħa fuq is-sinjali tat-traffiku.
IL-PAPÀ: Wasalna Mario. (waqt li qegħdin jistennew, il-Papà jibda jkanta).
MARIO: Sabiħa Pa din it-taqbila. Jiena naf oħra taqbila dwar it-traffiku. Tgħallimtha s-sena l-oħra fil-klassi ta’ Ms Agnes.
IL-PAPÀ: Kantahieli Mario. (Mario jibda jkanta).
MARIO: Id-dawl qaleb Pa. Aħdar issa. Ejja naqsmu.
IL-PAPÀ: Għall-Buskett mela Mario. Tlaqna