AĦNA TFAL NODFA
 

X'nifhmu biha meta nitkellmu dwar L-INDAFA PERSONALI? Kulħadd jaf kemm huwa importanti li nkunu nodfa, imma, x'għandna nagħmlu eżatt?

L-indafa rridu nidraw nieħdu ħsiebha minn kif inqumu.  Filgħodu meta nqumu, għandna naħslu wiċċna u naħslu snienna. Meta naħslu wiċċna għandna noqogħdu attenti li nilħqu wara widnejna sew. Għonqna għandna nimsħuh sew ukoll. Meta naħslu snienna għandna nippruvaw nilħqu bl-ixkupilja tas-snien kull rokna ta' ħalqna. Nisimgħu din it-taqbila li tgħallimna kif għandna nieħdu ħsieb l-indafa personali tagħna malli nqumu.

 

 

Isma' t-taqbila <><><><>

Naturalment, matul il-jum imbagħad ikun hemm ħafna affarijiet oħra li għandna nagħmlu biex inżommu ndaf. Pereżempju, qabel nieklu għandna naħslu jdejna sewwa, wara li nilagħbu għandna ninħaslu u m'għandna qatt nidħlu fis-sodda bi ħwejjeġ maħmuġin. Dwar dawn l-affarijiet imma nitkellmu fi storja oħra darb'oħra.