Il-ĠUGARELLI (It-toys) |
(tirrakkonta Linda): |
Għiduli tfal, min ma jħobbhomx
il-ġugarelli? Min ma jħobbx jaqla' xi ġugarell biex ikun jista' joqgħod
jilgħab bih fil-ħin meta la jkollna homework u lanqas
affarijiet oħra x'nagħmlu? Imbagħad xi ngħidu għal meta jkun il-maltemp,
u ma nkunux nistgħu noħorġu nilagħbu barra? Meta jkun il-maltemp,
m'hemmx isbaħ milli noqogħdu ġewwa u nilagħbu bil-ġugarelli. Ġugarell li forsi llum ma tantx għadna nilagħbu bih hija ż-ŻUGRAGA. Iż-żugraga kienet qisha bħal ballun imma ta' forma żengulija, li meta tagħtiha l-ħabel, erħilha ddur u ddur u tagħqad. Isimgħu din it-taqbila: |
taqbila: IŻ-ŻUGRAGA <><><> |
Bil-lingwa Ingliża, ġugarelli jissejħu 'toys'. Fost il-ġugarelli l-iktar popolari mat-tfal insemmu l-pupi, il-karozzi tal-logħob, blalen, annimali jiċċaqalqu bħal ngħidu aħna xi ors jew xi xadina, vapuri, u affarijiet li nużaw id-dar pereżempju xi sett tat-te. Isimgħu din il-lista sħiħa ta' ġugarelli jissemmew kollha f'din it-taqbila: |
taqbila: GĦANDI KAXXA ĠUGARELLI <><><> |
Mela tfal, ħudu gost ilagħbu bil-ġugarelli tagħkom. Tinsewx li meta nilagħbu bil-ġugarelli, minbarra li nieħdu gost, inkunu qegħdin ukoll nitgħallmu. |