Għandi Presepju

Il-Milied magħna. Din l-għanja GĦANDI PRESEPJU tinsab fil-pubblikazzjoni GĦANJIET U TAQBIL ikkoordinat mill-iskola primarja tal-Furjana immexxija mis-Sur Miceli. Ejja ngħallmu lill-istudenti tagħna għanjiet bħal dawn li jagħmlu l-Milied perjodu tassew ħelu u sinifikattiv fil-ħajja tagħna. IL-MILIED IT-TAJJEB!

San Martin – Ġewż, Lewż, Qastan, Tin

Il-11 ta’ Novembru huwa Jum San Martin. Għallem lill-istudenti l-għanja tradizzjonali ĠEWŻ, LEWŻ, QASTAN, TIN, KEMM INĦOBBU ‘L SAN MARTIN.

It-taqbiliet bil-Malti li jinsabu fil-pubblikazzjoni TAQBIL U GĦANJIET issa ġew kollha rrekordjati. Wieħed jista’ jismagħhom fuq il-YouTube billi jidħol fil-link: http://primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/taqbiliet.htm.
Għal kull taqbila ssibu l-għanja kantata mill-Kor Kreattiv tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi, verżjoni bil-mużika biss u anke partitura bil-kordi għall-kitarra.