Jiena jisimni Fredu u għandi disa’ snin. Se ngħidilkom l-istorja ta’ kif ħuti ż-żgħar, Peter u Tony, li huma tewmin, minn dis-sena, bdew jiġi l-iskola wkoll.
Peter u Tony kienu draw id-dar m’ommi. Ngħiduha kif inhi, id-dar m’ommi ma kien jonqoshom xejn għax ommi dejjem tiġri bihom. Daqqa teħodhom jixtru magħha, drabi oħra teħodhom siegħa sal-bandli u drabi oħra teħodhom għand in-nanna. Lin-Nanna Katarin, ħuti t-tewmin Peter u Tony jħobbuha ħafna.
Minn dis-sena, ħuti waslu biex jibdew imorru l-iskola. Ma tantx ħadu gost u għalxejn ippruvajna ngħidulhom li issa qegħdin jikbru u għalhekk għandhom bżonn jitgħallmu. Mill-iskola donnhom bdew jibżgħu.
Allura jiena ppruvajt ngħallimhom it-taqbila OMMI XTRATLI KAROZZA, biex meta jħossuhom qed jibżgħu mill-iskola, ikunu jistgħu jkantawha. Hawn hija t-taqbila.
Peter u Tony malajr tgħallmuha din it-taqbila. Bdew ikantawha kullimkien. L-iktar li ħadu gost imma meta bdew imorru għand in-Nanna Katarin, u din titlobhom mill-ewwel biex ikantawhielha. U erħilhom ikantaw!
In-Nanna Katarin imbagħad, għallmithom taqbila oħra li kienet tiftakar minn meta kienet għadha żgħira hi. It-taqbila kien jisimha LESTEJT IL-BASKET. Nisimgħuha.
Illum l-affarijiet id-dar tagħna inbidlu sew. Għax Peter u Tony, ħuti ż-żgħar it-tewmin, mhux talli m’għadhomx jiddejqu u jibżgħu mill-iskola, imma talli saru jiġġennu biex imorru għand Miss Rita.