De Valette jew La Valette?

de-valetteX’suppost niktbu, de Valete jew La Valette? Tajjeb wieħed ikun jaf dawn il-fatti:

  1. Il-Gran Mastru nnifsu kien jiffirma Jehan de Valete imma fl-ortografija moderna din inħobbu niktbuha Jean de Valette (ara d-dokument iktar ‘l isfel)
  2. Sorsi miktuba bl-idejn (manuskritti) u anke ipprintjati, iġibu ismu bħala De Valette jew Di Valletta;
  3. Fl-ebda sors primarju miktub fi żmienu ma nsibu La Valette jew La Valletta.
  4. Il- ‘la’ ġiet miżjuda meta kienet issir referenza għall-belt li beda jibni hu fl-1566, jiġifieri Valletta; bil-mod il mod, il-popolin beda jirreferi għall-Gran Mastru bħala La Valette; dan però ma ġarax qabel is-Sbatax-il-Seklu.
de-valette-signature-sDan id-dokument ġentilment mgħoddi lilna mis-Sa Maroma Camilleri, jurina firma awtentika tal-Gran Mastru. Il-firma taqra: Jehan de Valete. Għalhekk, l-isem tiegħu, illum għandna dejjem niktbuh:  JEAN DE VALETTE. (riċerka ta’ Ms Joanne Spiteri)
(Informazzjoni  u dokument mibgħuta lilna mis-Sa Maroma Camilleri, Senior Assistant Librarian, Librerija Nazzjonali ta’ Malta – April 2014)

Leave a Reply