RAKKONT 1: Jisimni Marija. La kont inħobb frott, la ħaxix, la ħalib u lanqas nuts. Tini xi ċikkulata, jew xi burger u ħalliha għalija. Kulħadd kien jgħidli li hemm bżonn inbiddel l-istil ta’ ħajja. Iżda jien ma ridtx naf. Li ġara hu li bdejt nimrad ta’ spiss. Dlonk indunajt li jeħtieġ nibda niekol aħjar.
RAKKONT 2: Jien, bħal Marija, xejn ma kont inħobb. Imma tisma’ minn hemm, tisma’ minn hawn, bdejt ninfluwenza ruħi. Tal-iskola għamlu il-healthy living policy. It-tabib u l-ġenituri tgħidx kemm qaluli biex nibda ngħix aħjar.
RAKKONT 3: l-ewwel pass kien meta bdejt inħobb il-ħalib. Il-ħalib naf li hu tajjeb għas-snien, għall-għadam u għas-saħħa. Il-ħalib jgħinna nikbru malajr u aħjar. Isimgħu din:
RAKKONT 4: In-nuts ukoll huma tajbin għas-saħħa. Għandhom irwol importanti f’dieta bilanċjata.
RAKKONT 5: Ħadna wkoll l-eżempju ta’ Salvinu; dak kien iħobb il-ħut, it-torta, l-imqarrun, il-brodu…. il-veru ma kellux ksuħat Isimgħu kif veru:
RAKKONT 6: Li tiekol ikel sustanzjuż mhuwiex biżżejjed, tafux? L-eżerċizzju huwa importanti ħafna wkoll. Tajjeb għall-qalb, għall-muskoli… Għalhekk isimgħu it-taqbila Naqbeż u Nogħla
RAKKONT 7: Inħeġġukom tkunu Kreattivi f’dak li tagħmlu u tieklu. Nisperaw li bil-kant tagħna wassalnielkom il-messaġġ li xtaqna.
Insellmulkom.
(Din l-istorja ġiet oriġinata minn Pauline Pace)
Daily Archives: 20/01/2014
L-Istorja ta’ Salvinu – irrakkuntata bit-taqbiliet
Narratur: Jisimni SALVINU, għandi 9 snin, noqgħod Ħal Millieri u nattendi l-iskola primarja tar-raħal tiegħi. Jiena nħobb kuljum qabel norqod, inżomm djarju; fid-djarju nniżżel dak li nkun għaddejt minnu matul il‑jum. Illum se naqralkom biċċa mid-djarju li ktibt nhar l-Erbgħa li għaddew.
Biex jgħinuni ngħidilkom l-istorja tiegħi iktar interessanti, għandi l-għajnuna tat-taqbiliet. Permezz ta’ taqbiliet, jew aħjar nursery rhymes, se nirrakkuntalkom l-istorja tiegħi.
Nhar l-Erbgħa, l-iskola, l-għalliema qaltilna biex naħsbu ftit x’nistiequ nsiru meta nikbru. Jiena mill‑ewwel għedtilha li, għadni ma nafx….. pilota, avukat, tabib, skrivan…. insomma, għadni ma nafx!
Narratur: Nhar l-Erbgħa wara nofsinhar, għamlet ħafna xita. Ix-xita għamlet bil-qliel, u stajna nisimgħuha tfaqqa’ mal-art tal-bitħa tal-iskola.
Narratur: Sakemm wasalna biex nispiċċaw l-iskola, ix-xita kienet waqfet. Allura ħriġna mill-iskola bla ġenn. Wara l-iskola, bħal dejjem, biex nasal id-dar, irrid naqsam Triq iż-Żurrieq, Triq it-Tellerit u nimxi fi Triq il-Kuċċard. Minn hawnhekk jgħaddi ħafna traffiku. Isimgħu kif jirnexxili noqgħod attent meta nimxi fit-triq.
Narratur: Lura d-dar, il-Mamà dejjem tlestili platt sħun. Jiena tgħallimt li fl-ikel ma nkunx fitt. Naf li l-Mamà tagħtini niekol ikel sustanzjuż. Mhux dejjem ikolli aptit il-brodu u l-imqarrun, imma… tgħallimt li mhux sew ingerger fuq l-ikel, meta hawn tant nies fid-dinja li kuljum, m’għandhomx ikel biżżejjed biex għallinqas ma jorqdux bil-ġuħ!
Narratur: Bħala homework, nhar l-Erbgħa l-għalliema tatna taħriġ fil-Matematika u fl-Ingliż. Wara li lestejt il‑homework tal-Metematika, iddeċidejt li noħroġ ftit għall-arja fil-ġnien. Hemmhekk qgħadt nosserva ftit il-bebbux li wara x-xita li kienet għamlet wara nofsinhar, kellu xalata!
Narratur: Ma domtx wisq fil-ġnien, għax l-arja kienet friska u ħassejt il-bard. Dħalt ġewwa, lestejt il-homework tal-Ingliż, u dritt għall-kamra tal-logħob li għandna d-dar. Qattajt l-isbaħ nofs siegħa nilgħab m’oħti Lina.
Narratur: Dik kienet biċċa mid-djarju tiegħi ta’ nhar l-Erbgħa. Titħajru tibdew iżżommu djarju bħali? F’idejkom. Insellmillkom.