Esperjenza fl-Istorja

Għall-istudenti tas-Sena 6.2 li jattendu l-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu, nhar il-Ħamis 17 ta’ Jannar kienet tassew esperjenza mill-isbaħ u unika.

Immexxija mill-għalliema tagħhom Ms Isabel Incorvaja, u mgħejjuna miż-żewġ LSAs tal-klassi, Ms Janice Cutajar u Ms Marianne Grixti, l-istudenti kellhom ġurnata sħiħa organizzata madwar it-tema tal-imgħoddi; allura ma setax jonqos li l-attivitajiet kollha jkunu fuq ‘stil tal-imgħoddi’. Matul il-ġurnata l-istudenti libsu lbies tradizzjonali Malti, kielu ikel tradizzjonali bħal bigilla u minestra u lagħbu logħob tradizzjonali (ara ritratt hawn fuq). Il-lezzjonijiet kollha saru fuq blackboard antik (ara ritratt t’isfel).

Din kienet tip ta’ lezzjoni li tassew tista’ tissejjaħ innovattiva u kreattiva u li żgur kienet ukoll effettiva. Min-naħa tagħna ma nistgħux ma ninkoraġġixxux u nirrakkomandaw sforzi bħal dawn.

PROSIT TASSEW!

Ara rapport sħiħ tal-attivitajiet tal-ġurnata kollha >>>>>>>

Ara theme web kif il-lezzjonijiet kollha ta’ matul il-ġimgħa ġew integrati mal-istess tema/i tal-imgħoddil >>>>>>

Tony Pace (Uffiċjal Edukattiv) Jannar 2013

Riżorsi għat-tagħlim tal-Istudji Soċjali fl-iskejjel primarji