TAQBILIET (Nursery Rhymes bil-Malti) huwa proġett mibdi mill-Kindergarten Assistants tal-iskola Primarja tal-Furjana (Kulleġġ San Ġorġ Preca) taħt il-gwida tal-Kap tal-Iskola s-Sur Miceli. Fl-ewwel fażi tal-proġett inħareġ ktieb b’ġabra ta’ taqbiliet (nursery rhymes) bil-Malti għall-użu tal-kindergarten u l-klassijiet tas-snin bikrin.
Bosta minn dawn in-Nursery Rhymes bħalissa qegħdin jiġu immużikati u irrekordjati fuq MP3s minn Tony Pace Uffiċjal Edukattiv.
Tista’ tisma’ n-Nursery Rhymes minn din il-blog stess inkella ikklikkja hawn: ikklikkja >>>>>>>>>>>>>
ANNE FRANK – Storja li għadha attwali llum ukoll; 28 ta’ Jannar 2011 sal-25 ta’ Frar 2011
Żuru din il-wirja dwar il-ħajja ta’ Anne Frank, vittma tar-reġim Nażista fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-informazzjoni kollha tistgħu taqrawha kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.