Category Archives: Miscellaneous

Riżorsi bl-Ingliż (3 sena)

englishNixtiequ navżaw lill-għalliema, studenti u ġenituri tat-Tielet Sena Primarja li bħalissa qegħdin intellgħu fuq dan is-sit sensiela ta’ riżorsi tal-Istudji Soċjali bil-Lingwa Ingliża.

Dawn ir-riżorsi huma adattati għat-Tielet Sena tal-Primarja.

Biex tniżżlu dawn ir-riżorsi msemmija morru fil-paġna IT-TIELET SENA hawn fuq. Mexxu l-maws fuqha u agħżlu l-paġna Yr3-Resources-(English).

Bliet u Rħula – ismijiet

Spiss insibu diffikultà kif niktbu l-ismijiet ta’ bliet u rħula Maltin. X’niktbu,  Ħal-Luqa (jew) Ħal Luqa? Ħaż-Żabbar (jew) Ħaż Żabbar? Marsaskala (jew) Marsascala? U l-kumplament.  Dawn iż-żewġ dokumenti għandhom jgħinuk.

Ara d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ilsien Malti dwar dan is-suġġett >>>>>>>>>>

Aqra dwar xi diffikultajiet li niltaqgħu magħhom meta niġu biex niktbu dawn l-ismijiet >>>>>>>>>>>>

Presepju Mekkaniku

Il-presepju li jidher fl-istampa huwa fil-fatt mekkaniku. Il-presepju nħadem minn Tony Pace u wieħed jinsab ġo residenza privata ġewwa Ħal Safi. Għal iktar informazzjoni ibgħat email fuq: pacetoni@gmail.com

KIF JAĦDEM IL-PRESEPJU? Il-mekkaniżmu kollu tal-presepju jitħaddem permezz ta’ mutur ta’ fan qadim; il-fan idawwar xaft prinċipali li permezz tiegħu iduru l-opri l-oħra kollha. (Ara t-tieni ritratt hawn isfel)

LIEMA OPRI WIEĦED ISIB F’DAN IL-PRESEPJU? Fil-presepju wieħed jista’ jara:

  • raġel itella’ l-ilma min bir
  • mitħna ddur
  • benniena tiċċaqlaq
  • barrin jaħartu
  • raġel jagħżaq
  • anġlu tiela’ u nieżel fuq il-grotta

Ara clip qasira tal-presepju fuq il- You Tube: >>>>>>>>>>>>

KIF NIBTET L-IDEA TAL-PRESEPJU? Tony Pace ħa din l-idea mingħand missieru Lonzu. Lonzu Pace, li kien shipwright imbagħad wara recorder fit-Tarzna ta’ Malta, kien jagħmel presepju simili. Il-presepju ta’ Lonzu Pace kien ikun għall-wiri fi Triq Santa Marija ġewwa l-Gudja.

Ġebla Safra (or) Rina?

Globigerina Limestone is referred just by the name of Franka even though there are subdivisions of the same layer including Tal-Bajjad, Tal-Kwiener etc. Only the Greensand layer which is a thin layer and sometimes completely absent is referred to in Maltese as Il-Ġebla s-Safra or Rina. So the sequence of rocks from top to bottom is as follows:

  1. Upper Coralline Limestone – Qawwi Ta’ Fuq
  2. Greensand – Il-Gebla s-Safra (or) Rina
  3. Blue Clay – Tafli
  4. Globigerina Limestone – Franka
  5. Lower Coralline Limestone – Qawwi t’Isfel jew ta’ Taħt jew Żonqor.

At Primary level we prefer to refer to Greensand as Il-Ġebla s-Safra. The term Rina is introduced later on at the end of Form I.

Edward Gilson 3.12.2010