Nixtiequ navżaw lill-għalliema, studenti u ġenituri tat-Tielet Sena Primarja li bħalissa qegħdin intellgħu fuq dan is-sit sensiela ta’ riżorsi tal-Istudji Soċjali bil-Lingwa Ingliża.
Dawn ir-riżorsi huma adattati għat-Tielet Sena tal-Primarja.
Biex tniżżlu dawn ir-riżorsi msemmija morru fil-paġna IT-TIELET SENA hawn fuq. Mexxu l-maws fuqha u agħżlu l-paġna Yr3-Resources-(English).
Għall-istudenti tas-Sena 6.2 li jattendu l-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu, nhar il-Ħamis 17 ta’ Jannar kienet tassew esperjenza mill-isbaħ u unika.
Immexxija mill-għalliema tagħhom Ms Isabel Incorvaja, u mgħejjuna miż-żewġ LSAs tal-klassi, Ms Janice Cutajar u Ms Marianne Grixti, l-istudenti kellhom ġurnata sħiħa organizzata madwar it-tema tal-imgħoddi; allura ma setax jonqos li l-attivitajiet kollha jkunu fuq ‘stil tal-imgħoddi’. Matul il-ġurnata l-istudenti libsu lbies tradizzjonali Malti, kielu ikel tradizzjonali bħal bigilla u minestra u lagħbu logħob tradizzjonali (ara ritratt hawn fuq). Il-lezzjonijiet kollha saru fuq blackboard antik (ara ritratt t’isfel).
Din kienet tip ta’ lezzjoni li tassew tista’ tissejjaħ innovattiva u kreattiva u li żgur kienet ukoll effettiva. Min-naħa tagħna ma nistgħux ma ninkoraġġixxux u nirrakkomandaw sforzi bħal dawn.