Unur kbir għalina l-Maltin kollha; il-belt Valletta hija l-BELT KULTURALI 2018. L-għalliema huma mħeġġa jaraw dan il-video mal-istudenti biex hekk inħajruhom dejjem iżjed japprezzaw il-preġju tal-belt kapitali tagħna. http://www.youtube.com/watch?v=wgxBhHNZ4C0&feature=youtu.be
Category Archives: Interessanti
Presepju Mekkaniku
Il-presepju li jidher fl-istampa huwa fil-fatt mekkaniku. Il-presepju nħadem minn Tony Pace u wieħed jinsab ġo residenza privata ġewwa Ħal Safi. Għal iktar informazzjoni ibgħat email fuq: pacetoni@gmail.com
KIF JAĦDEM IL-PRESEPJU? Il-mekkaniżmu kollu tal-presepju jitħaddem permezz ta’ mutur ta’ fan qadim; il-fan idawwar xaft prinċipali li permezz tiegħu iduru l-opri l-oħra kollha. (Ara t-tieni ritratt hawn isfel)
LIEMA OPRI WIEĦED ISIB F’DAN IL-PRESEPJU? Fil-presepju wieħed jista’ jara:
- raġel itella’ l-ilma min bir
- mitħna ddur
- benniena tiċċaqlaq
- barrin jaħartu
- raġel jagħżaq
- anġlu tiela’ u nieżel fuq il-grotta
Ara clip qasira tal-presepju fuq il- You Tube: >>>>>>>>>>>>
KIF NIBTET L-IDEA TAL-PRESEPJU? Tony Pace ħa din l-idea mingħand missieru Lonzu. Lonzu Pace, li kien shipwright imbagħad wara recorder fit-Tarzna ta’ Malta, kien jagħmel presepju simili. Il-presepju ta’ Lonzu Pace kien ikun għall-wiri fi Triq Santa Marija ġewwa l-Gudja.
Ġebla Safra (or) Rina?
Globigerina Limestone is referred just by the name of Franka even though there are subdivisions of the same layer including Tal-Bajjad, Tal-Kwiener etc. Only the Greensand layer which is a thin layer and sometimes completely absent is referred to in Maltese as Il-Ġebla s-Safra or Rina. So the sequence of rocks from top to bottom is as follows:
- Upper Coralline Limestone – Qawwi Ta’ Fuq
- Greensand – Il-Gebla s-Safra (or) Rina
- Blue Clay – Tafli
- Globigerina Limestone – Franka
- Lower Coralline Limestone – Qawwi t’Isfel jew ta’ Taħt jew Żonqor.
At Primary level we prefer to refer to Greensand as Il-Ġebla s-Safra. The term Rina is introduced later on at the end of Form I.
Edward Gilson 3.12.2010
