Presepju Mekkaniku

Il-presepju li jidher fl-istampa huwa fil-fatt mekkaniku. Il-presepju nħadem minn Tony Pace u wieħed jinsab ġo residenza privata ġewwa Ħal Safi. Għal iktar informazzjoni ibgħat email fuq: pacetoni@gmail.com

KIF JAĦDEM IL-PRESEPJU? Il-mekkaniżmu kollu tal-presepju jitħaddem permezz ta’ mutur ta’ fan qadim; il-fan idawwar xaft prinċipali li permezz tiegħu iduru l-opri l-oħra kollha. (Ara t-tieni ritratt hawn isfel)

LIEMA OPRI WIEĦED ISIB F’DAN IL-PRESEPJU? Fil-presepju wieħed jista’ jara:

  • raġel itella’ l-ilma min bir
  • mitħna ddur
  • benniena tiċċaqlaq
  • barrin jaħartu
  • raġel jagħżaq
  • anġlu tiela’ u nieżel fuq il-grotta

Ara clip qasira tal-presepju fuq il- You Tube: >>>>>>>>>>>>

KIF NIBTET L-IDEA TAL-PRESEPJU? Tony Pace ħa din l-idea mingħand missieru Lonzu. Lonzu Pace, li kien shipwright imbagħad wara recorder fit-Tarzna ta’ Malta, kien jagħmel presepju simili. Il-presepju ta’ Lonzu Pace kien ikun għall-wiri fi Triq Santa Marija ġewwa l-Gudja.

Leave a Reply