Nursery Rhymes immużikati

TAQBILIET (Nursery Rhymes bil-Malti) huwa proġett mibdi mill-Kindergarten Assistants tal-iskola Primarja tal-Furjana (Kulleġġ San Ġorġ Preca) taħt il-gwida tal-Kap tal-Iskola s-Sur Miceli. Fl-ewwel fażi tal-proġett inħareġ ktieb b’ġabra ta’ taqbiliet (nursery rhymes) bil-Malti għall-użu tal-kindergarten u l-klassijiet tas-snin bikrin.

Bosta minn dawn in-Nursery Rhymes bħalissa qegħdin jiġu immużikati u irrekordjati fuq MP3s minn Tony Pace Uffiċjal Edukattiv.

Tista’ tisma’ n-Nursery Rhymes minn din il-blog stess inkella ikklikkja hawn: ikklikkja >>>>>>>>>>>>>

Djarju Anne Frank

ANNE FRANK – Storja li għadha attwali llum ukoll; 28 ta’ Jannar 2011 sal-25 ta’ Frar 2011

Picture

Żuru din il-wirja dwar il-ħajja ta’ Anne Frank, vittma tar-reġim Nażista fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-informazzjoni kollha tistgħu taqrawha kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Post:   Il-Berġa ta’ Kastilja, Valletta
Dħul:  B’xejn minn Triq il-Merkanti
Ħiijiet: Mit-Tnejn sal-Ġimgha: 09:00-19:00
               Sibt, Ħadd u Festi: 09:00-13:00

Presepju Mekkaniku

Il-presepju li jidher fl-istampa huwa fil-fatt mekkaniku. Il-presepju nħadem minn Tony Pace u wieħed jinsab ġo residenza privata ġewwa Ħal Safi. Għal iktar informazzjoni ibgħat email fuq: pacetoni@gmail.com

KIF JAĦDEM IL-PRESEPJU? Il-mekkaniżmu kollu tal-presepju jitħaddem permezz ta’ mutur ta’ fan qadim; il-fan idawwar xaft prinċipali li permezz tiegħu iduru l-opri l-oħra kollha. (Ara t-tieni ritratt hawn isfel)

LIEMA OPRI WIEĦED ISIB F’DAN IL-PRESEPJU? Fil-presepju wieħed jista’ jara:

  • raġel itella’ l-ilma min bir
  • mitħna ddur
  • benniena tiċċaqlaq
  • barrin jaħartu
  • raġel jagħżaq
  • anġlu tiela’ u nieżel fuq il-grotta

Ara clip qasira tal-presepju fuq il- You Tube: >>>>>>>>>>>>

KIF NIBTET L-IDEA TAL-PRESEPJU? Tony Pace ħa din l-idea mingħand missieru Lonzu. Lonzu Pace, li kien shipwright imbagħad wara recorder fit-Tarzna ta’ Malta, kien jagħmel presepju simili. Il-presepju ta’ Lonzu Pace kien ikun għall-wiri fi Triq Santa Marija ġewwa l-Gudja.

Ġebla Safra (or) Rina?

Globigerina Limestone is referred just by the name of Franka even though there are subdivisions of the same layer including Tal-Bajjad, Tal-Kwiener etc. Only the Greensand layer which is a thin layer and sometimes completely absent is referred to in Maltese as Il-Ġebla s-Safra or Rina. So the sequence of rocks from top to bottom is as follows:

  1. Upper Coralline Limestone – Qawwi Ta’ Fuq
  2. Greensand – Il-Gebla s-Safra (or) Rina
  3. Blue Clay – Tafli
  4. Globigerina Limestone – Franka
  5. Lower Coralline Limestone – Qawwi t’Isfel jew ta’ Taħt jew Żonqor.

At Primary level we prefer to refer to Greensand as Il-Ġebla s-Safra. The term Rina is introduced later on at the end of Form I.

Edward Gilson 3.12.2010

Riżorsi 5 Sena

Riżorsi għall-5  Sena:
sensiela ta’ riżorsi adattati għall-5 sena primarja fi tliet sezzjonijiet:
(a) sezzjoni KUN AF – issibu noti bażiċi li jkopru s-sillabu uffiċjali tal-5 Sena kollu;
(b) sezzjoni TAĦRIĠ – taħriġ marbut mas-sillabu tal-5 sena
(ċ) RIŻORSI / PREŻENTAZZJONIJIET – numru ta’ preżentazzjonijiet powerpoint li jikkumplimentaw il-lezzjonijiet tal-5 sena    FITTEX >>>>>>>>
ĦAJR LIS-SUR ETIENNE VELLA, SKOLA PRIMARJA GĦAJNSIELEM GĦAWDEX li tana dawn ir-riżorsi biex ikunu jistgġu jintużaw mill-għalliema tal-5 Sena.

Riżorsi għat-tagħlim tal-Istudji Soċjali fl-iskejjel primarji